Tberik tal-Uffiċċji Ġodda tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija

Bi pjaċir inħabbru li nhar it-Tnejn 4 ta’ Lulju 2022 seħħ it-tberik tal-uffiċċji l-ġodda tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, f’Binja Josmar, Triq Idmejda, Ħal-Balzan.  Din il-binja hija parti minn proġett akbar, li fi tmiemu, ser ikun qed jilqa’ l-ħaddiema kollha tas-Segretarjat.  Il-quddiesa u ċ-ċerimonja tat-tberik tmexxew mill-E.T. Mons Joseph Galea Curmi, Isqof Awżiljarju.

Mons. Joseph Galea Curmi qaddes quddiesa fil-Kappella tar-Ragħaj it-Tajjeb. Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti