Il-Malti

Il-ħidma kollaborattiva tal-għalliema tal-Malti

Matul is-sena skolastika 2021-2022, grupp imdaqqas ta’ għalliema tal-Malti mill-Iskejjel tal-Knisja u grupp ta’ għalliema minn skola indipendenti, ħadmu flimkien…
Read More

It-tagħlim tal-Malti fl-iskejjel tal-Knisja

Dan is-sit hu sors ta’ riżorsi għall-istudenti u l-għalliema tal-Malti fl-iskejjel tas-sekondarja. L-istudenti jistgħu jsibu noti, preżentazzjonijiet, mapep, filmati, tislibiet, karti tat-taħriġ u ħoloq għal siti oħra marbutin mal-Malti u awturi Maltin.

L-għalliema huma kontributuri f’dan is-sit. L-informazzjoni dettaljata dwar is-sillabi huma ta’ għajnuna kbira, kif ukoll dwar l-assessjar kontinwu, gwida fuq il-karti tal-eżamijiet, is-sillabu taċ-ĊES il-ġdid u kriterji ta’ suċċess.

Is-sit qiegħed fi proċess kontinwu ta’ evoluzzjoni. Jekk int għalliem/a jew student/a u għandek materjal li tixtieq tippubblikah hawnhekk, ikkuntattjana. Waħdek ma tistax tagħmel kollox imma flimkien nistgħu nkomplu nkabbru din il-banka ta’ riżorsi diġitali u tiggwadanja int, l-għalliema u l-istudenti.

       Claire Zerafa                                                      Ann Marie Schembri