Klassijiet

Limerikki

Kien hemm ġewwa dar ġo Ta’ Qali,
qattus li tassew kien speċjali.
Kien jibża’ mill-ġrieden,
isaffar bħall-vrieden
U jilbes l-arloġġ u n-nuċċali.

                                                Carmel Cauchi

Kien hemm darba raġel Tas-Sliema
li tella’ fuq rasu ħamiema;
kif tagħmel ferħana
tal-bejta fis-sħana
ħammġitlu fuq rasu l-ħamiema.

                                                Anton Buttigieg

Kien hemm raġel darba l-Munxar
li ħolom li nbidel fi ħmar,
u qam mill-inħir,
maqtugħ bit-twerwir,
għalkemm huwa veru kien ħmar.

                                                Anton Buttigieg

Is-Sur Karm għandu mitt arloġġ fin;
Kollha jtektku u sbieħ ħdejn xulxin;
Dawn fil-ħin ma jaqblux,
U flimkien ma jdoqqux,
Għalhekk qatt ma jaf jgħidlek il-ħin!

                                                     Guido Lanfranco

Kien hemm darba raġel minn Garra,
idoqq fuq ix-xatt il-kitarra,
il-ħut kien jinġabar,
u fuq wiċċ il-baħar
ikanta mad-daqq tal-kitarra.

                                                     Anton Buttigieg

Kemm nixtieq li jiena kaċċatur
bis-senter u bl-iskrataċ indur,
kieku nwerwer lill-“kbar”
kollha arja maż-żgħar-
tal-għasafar inkun protettur.

                                                   Tony C. Cutajar

Kien hemm darba xiħ il-Maqluba
miskin kellu żaqq daqs katuba;
għattieha bil-landa,
u ħareġ mal-banda
iħabbat minflok il-katuba.

                                                    Anton Buttigieg

Kien hemm darba xiħ min-Nadur
li waħħal fuq rasu pinnur;
minn fejn ġej ir-riħ
jaf dejjem ix-xiħ,
u jimxi kif jgħidlu l-pinnur.

                                                        Anton Buttigieg

 

Il-lista tat-termini letterarji

Agħfas hawn biex tara l-lista

 

Kompetenzi ewlenin

Programm Year 7 – Kompetenzi Ewlenin

 

Il-Malti għall-barranin

Programm Year 7 – Rotta 3

Programm Year 7 – Rotta 2

Programm Year 7 – Rotta 1

 

Il-Malti nattiv

L-Assessjar Kontinwu – Aġġornat f’Diċembru 2019

Il-kriterji tal-assessjar

Il-Qari – Aġġornat f’Diċembru 2019

Il-Kitba – Aġġornata f’Diċembru 2019

Is-Smigħ – Aġġornat f’Diċembru 2019

It-Taħdit – Aġġornat f’Diċembru 2019

Il-Letteratura – Aġġornata f’Diċembru 2019

It-tqassim tal-ħidmiet kollha matul is-sena – Aġġornat f’Diċembru 2019

 

L-idea ġenerali dwar kif għandu jsir it-tagħlim

 

Programm – Rotta 3

Programm – Rotta 2

Programm – Rotta 1

 

It-tliet rotot tal-KITBA

It-tliet rotot tal-QARI

It-tliet rotot tas-SMIGĦ

It-tliet rotot tat-TAĦDIT

 

Programm tal-Metalingwa u tal-letteratura

 

Pjan ta’ ħidma – eżempju (1)

Pjan ta’ ħidma – eżempju (2)

Pjan ta’ ħidma – tabella vojta

 

Gwida dwar it-tqassim tal-karta tal-eżami

Epigramm

Prof. Oliver Friggieri jikteb hekk: 

Poeżija qasira, mirquma u marbuta tajjeb, li aktarx tolqot u taħsad bl-oriġinalità tagħha, li jista’ jkollha tema li tvarja u li hi ttrattata bis-serjetà jew b’mod satiriku; kitba, fil-versi jew fil-proża, li tesprimi xi ħaġa b’mod milqut, fil-qosor, b’ton serju, filosofiku jew satiriku u l-bqija. Il-forma l-iżjed imfittxa tal-epigramm tul it-tradizzjoni hi d-distiku bl-endekasillbi, iżda l-forom ivarjaw minn kittieb għal ieħor.

Epigrammisti bikrija Maltin huma Luigi Rigord (1757-1823) u Giuseppe Zammit (1802-1890), magħruf bħala Brighella, awtur ta’ Carmine epigrammatica (1839). Dan hu epigramm ta’ Rigord:

“Un mercato sarà quell’edifizio?”
Diceva un greco giunto d’Albania,
Vendendo sopra la Castellania
La bilancia nell-alto frontispizio.
“Sì,” rispose qualcuno con malizia,
“Amico la si merca la Giustizia.”

Il-ġabriet ewlenin tal-epigrammi fil-poeżija Maltija huma Ejjew Nidħku Ftit! (1962) u Ejjew Nidħku Ftit Ieħor (1965) ta’ Anton Buttigieg (1912-83). Huma aktarx dejjem miktubin bi kwartini ta’ endekasillabi li jirrimaw fit-tieni u fir-raba’ vers. is-suġġetti jvarjaw u jifformaw ħarsa wiesgħa lejn oqsma differenti tal-ħajja fiha nnifisha u l-aktar f’Malta. Il-politiċi, il-kleru, l-irġiel u n-nisa bħala sessi b’xejriet tipiċi, il-professjonijiet, id-drawwiet u l-vizzji personali u soċjali huma t-temi li Buttigieg jittrattahom bl-ironija u bis-satira. Epigrammi oħra huma allegoriċi, mibnijin fuq ħxejjex u annimali b’kontenut ta’ xeħta u fejda li jorbtuhom mad-dinja morali tal-bnedmin. L-imġiba kritika tal-poeta, ċajtiera u nebbiexa ssawwat lis-soċjetà xi drabi bl-aħrax u dejjem fid-dawl tal-għażla bejn it-tajjeb u l-ħażin. L-attitudni hi maskili, xejra li hi tipika tal-poeżija satirika kollha. Bħala kontenut, l-epigrammi ta’ Buttigieg jintrabtu mal-ħrejjef morali u ċajtiera ta’ Ġan Anton Vassallo (1817-1868) u l-oħrajn li nqdew bil-ħrafa għall-istess skop. Buttigieg jislet ħafna mill-motivi tiegħu mill-esperjenza ta’ politiku u avukat, iżda kollox hu mbiddel f’kumment soċjali u morali li jħossu kulħadd.

Dizzjunarju ta’ Termini Letterarji (1996)

Ejjew Nidħku Ftit! ta’ Anton Buttigieg

Ejjew Nidħku Ftit Ieħor ta’ Anton Buttigieg

 Il-Malti nattiv

L-Assessjar kontinwu – f’Aġġornat Diċembru 2019

Il-kriterji tal-assessjar

Il-kitba – Aġġornata f’Diċembru 2019

Il-qari – Aġġornat f’Diċembru 2019

Is-smigħ – Aġġornat f’Diċembru 2019

It-taħdit – Aġġornat f’Diċembru 2019

Il-letteratura – Aġġornata f’Diċembru 2019

It-tqassim tal-ħidmiet kollha matul is-sena – Aġġornat f’Diċembru 2019

Programm – Rotta 3

Programm – Rotta 2

Programm – Rotta 1

Programm tal-metalingwa u tal-letteratura

Gwida dwar it-tqassim tal-karta tal-eżami

 

Kompetenzi ewlenin

Programm Year 8 – Kompetenzi ewlenin

Kisbiet mis-sillabu taċ-ĊES li jridu jsiru matul Sena

It-Taħdit

K1: Nuża l-lingwa biex inwassal l-informazzjoni.

K2: Nitkellem b’korrettezza u preċiżjoni, skont il-kuntest u l-udjenza.

Is-Smigħ

K3: Nisma’ test jew testi għal fehim fuq suġġetti, f’kuntesti jew sitwazzjonijiet differenti.

Il-Qari

K4: Nagħraf it-tifsira tal-kliem misjub f’test moqri

K6: Nagħraf il-funzjoni tat-test moqri skont l-iskop u l-udjenza li għalih inkiteb.

Il-Kitba

K8: Ninqeda bil-kitba biex nilħaq funzjonijiet komunikattivi varji.

K9: Inħaddem Malti tajjeb biex nikteb ġeneri differenti għal udjenza u bi skopijiet differenti..

Il-Metalingwa

K10: Inħaddem kategoriji grammatikali biex ninqeda sew bil-lingwa miktuba.

Il-Letteratura

K11: Nidentifika ġeneri differenti letterarji.

K12: Napprezza l-funzjoni tat-tema/i f’testi letterarji.

K13: Nikkummenta b’mod kritiku fuq testi letterarji.

K14: Nanalizza l-elementi stilistiċi li jsawru testi letterarji.

K15: Napprezza l-poeżiji tal-poeta nazzjonali, Dun Karm Psaila.

GWIDA TAL-PJAN TA’ ĦIDMA – Agħfas HAWN

 

Mill-antoloġija Hemm Art fil-Folja

Dun Karm
L-Arloġġ
Għaliex?
Univers Ieħor

Novelli
Il-Ħrafa ta’ www-kullkulur-com – Trevor Żahra
Qsari tal-Fuħħar – Joe Friggieri – Analiżi

Siltiet mir-Rumanzi
Nazju Ellul – Kapitlu 9 
Magna Mater – Kapitlu 2

Poeżiji
Għar Dalam – Ġorġ Pisani
Lilia Agri – Anton Buttigieg
Ħitan tas-Sejjieħ – Marjanu Vella
Bħal Minutiera – Lillian Sciberras

Kisbiet mis-sillabu taċ-ĊES li jridu jsiru matul is-Sena

Is-Smigħ

K3: Nisma’ test jew testi għal fehim fuq suġġetti, f’kuntesti jew sitwazzjonijiet differenti.

Il-Qari

K5: Nagħraf l-istruttura, l-organizzazzjoni, u t-tekniki differenti li jħaddmu l-kittieba biex isawru ġeneru ta’ kitba.

Il-Kitba

K7:  Infassal il-kitba tiegħi skont l-istadji ewlenin tal-proċess tal-kitba.

K8: Ninqeda bil-kitba biex nilħaq funzjonijiet komunikattivi varji.

K9: Inħaddem Malti tajjeb biex nikteb ġeneri differenti għal udjenza u bi skopijiet differenti.

Il-Metalingwa

K10: Inħaddem kategoriji grammatikali biex ninqeda sew bil-lingwa miktuba.

Il-Letteratura

K11: Nidentifika ġeneri differenti letterarji.

K12: Napprezza l-funzjoni tat-tema/i f’testi letterarji.

K13: Nikkummenta b’mod kritiku fuq testi letterarji.

K14: Nanalizza l-elementi stilistiċi li jsawru testi letterarji.

K15: Napprezza l-poeżiji tal-poeta nazzjonali, Dun Karm Psaila.

 

Mill-antoloġija Hemm Art fil-Folja

Dun Karm
Il-Għodwa
Waħdi
Il-Għanja tar-Rebħa

Novelli
Il-Mutu – Walid Nabhan
Farrett – Rita Saliba

Siltiet mir-Rumanzi
Ġiżimin li Qatt ma Jiftaħ – Kapitlu 14
Tinsiex, Publius, Tinsiex – Kapitlu 5

Poeżiji
Ħbiebi – Karmenu Vassallo
Mill-Ġdid Poeta – Rużar Briffa
Il-Ktieb – Immanuel Mifsud
Lezzjoni – Simone Galea

Kisbiet mis-sillabu taċ-ĊES li jridu jsiru matul is-sena

It-Taħdit

K1: Nuża l-lingwa biex inwassal l-informazzjoni.

K2: Nitkellem b’korrettezza u preċiżjoni skont il-kuntest u l-udjenza.

Is-Smigħ

K3: Nisma’ test jew testi għal fehim fuq suġġetti, f’kuntesti jew sitwazzjonijiet differenti.

Il-Qari

K6: Nagħraf il-funzjoni tat-test moqri skont l-iskop u l-udjenza li għalih inkiteb.

Il-Kitba

K8: Ninqeda bil-kitba biex nilħaq funzjonijiet komunikattivi varji.

K9: Inħaddem Malti tajjeb biex nikteb ġeneri differenti għal udjenza u bi skopijiet differenti.

Il-Metalingwa

K10: Inħaddem kategoriji grammatikali biex ninqeda sew bil-lingwa miktuba.

Il-Letteratura

K11: Nidentifika ġeneri differenti letterarji.

K12: Napprezza l-funzjoni tat-tema/i f’testi letterarji.

K13: Nikkummenta b’mod kritiku fuq testi letterarji.

K14: Nanalizza l-elementi stilistiċi li jsawru testi letterarji.

K15: Napprezza l-poeżiji tal-poeta nazzjonali, Dun Karm Psaila.

 

Mill-antoloġija Hemm Art fil-Folja

Dun Karm
Lill-Kanarin
Il-Qalb tal-Bniedem
Żagħżugħ ta’ Dejjem

Novelli
Ġenn – Ġużè Bonnici
Il-Mejda tal-Mogħdija – Pierre J. Meilak

Siltiet mir-Rumanzi
Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka – Kapitlu 1
L-Ibleh – Kapitlu 20 (minn paġna 20 sa paġna 25)

Poeżiji
F’Altamira Żewġ Barrin – Victor Fenech
Solitaire – Achille Mizzi
Ħuta – Maria Grech Ganado
Din Gżira Niexfa – Clare Azzopardi