Illum, fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Mara, l-istudenti tal-Iskola Our Lady Immaculate, skola tal-bniet tal-knisja, kellhom esperjenza li permezz tagħha tgħallmu dwar diversi ħiliet u prospetti fil-karrieri, li huma bħala tfajliet jistgħu jaspiraw għalihom la jikbru.
Professjonisti nisa minn diversi setturi fosthom membri parlamentari Ewropej, inġiniera, social worker, Veterinarju, Ret.Maġġur mal-Armata, Service Manager mas-Segretarjat tal-Iskejjel tal-Knisja, Għalliema, mudella u ex-Miss Malta, pilota u sindku, Awtriċi kif ukoll Area Manager ta’ Kumpanija internazzjonali kienu mistiedna jqattgħu ftit ħin ġo kull klassi tas-sekondarja. L-istudenti setgħu jisimgħu dwar il-karrieri, l-istudju marbut mal-karriera, u prospetti ta’ xogħol fuq livell nazzjonali u internazzjonali. L-istudenti li l-eta tagħhom tvarja minn 11 sa 15-il sena setgħu isaqsu u jitgħallmu aktar dwar ix-xogħol ta’ dawn il-mistednin. L-istudenti tal-Kunsilli tal-Iskola setgħu iqattgħu ftit ħin ma’ dawn il-mistednin.
Din hija waħda mid-diversi attivitiajiet li jiġu organizzati l-iskola bil-għan li rwammu fl-istudenti tagħna imħabba gaħt-tagħlim filwaqt li jwessgħu l-għarfien tagħhom dwar id-dinja ta’ madwarhom.





